5.19.2012

ĦENJIN DAWK LI JEMMNU ... BLA MA JARAW!

Mulej, b'fiduċja kbira nduru lejk
u nitolbuk biex fil-Knisja ma jonqsu qatt il-vokazzjonijiet;
li iżjed żgħażagħ jiddedikaw ħajjithom għas-Saltna tiegħek,
u jwieġbu 'iva' għas-sejħa biex ikunu saċerdoti, patrijiet, sorijiet,
ikkonsagrati u missjunarji.
Nitolbuk għal dawk ħutna li fil-ħajja miżżewġa u fil-familja
huma msejħa biex jagħtu xhieda ta' fedeltà fl-imħabba.
Agħmel li kull min hu msejjaħ biex jimxi warajk
ikun sinjal ħaj tal-Evanġelju tiegħek.
Mulej, neħħi minna d-dubji, l-inkwiet u l-qtiegħ ta' qalb.
Imliena bil-fiduċja u bil-qawwa ta' mħabbtek
biex inkunu xhieda awtentiċi tal-preżenza tiegħek fostna.

Ammen.

5.12.2012

Talba ta' Omm għall-vokazzjonijiet


Mulej,
li xettilt fil-qalb ta' l-ommijiet kollha
x-xewqa ta' l-għotja tagħhom infushom,
aqlagħli l-grazzja li jkolli iben
li xi darba jigi jgħidli:
"Ma, irrid insir qassis."

Liema rigal isbaħ nista' noffrilek, o Mulej,
jekk ma noffrilekx l-istess ħolqien tiegħi?
Int, Ġesù tippermetti li l-vokazzjoni
ta' iben titnissel fil-qalb t'ommu.

Nitolbok, Mulej, li tqiegħed f'qalbu
l-virtujiet saċerdotali li għandu jkollu qassis:
is-safa, il-ġenerożità, l-ispirtu tas-sagrifiċċju u ħafna imħabba,
biex hekk dan ibni jsir għalqa adattata
fejn tixxettel il-vokazzjoni jekk din tkun ir-rieda Tiegħek.

Jekk, imbagħad, o Mulej, ir-rieda tiegħek tkun xort'oħra,
ilqa' nitolbok it-talb tiegħi biex iż-żgħażagħ
li jisimgħu s-sejħa tiegħek li jagħtu lilhom nfushom,
kollha kemm huma għalik, ikollhom il-kuraġġ
li jwieġbu b'ġenerożità għall-Pjan Tiegħek.

Verġni Bla Tebgħa, Omm u Reġina tal-Appostli,
li l-ferħ immens tiegħek kien li tnissel l-uniku,
veru u qaddis saċerdot, Ġesù ta' Nazaret,
isma' u wettaq ix-xewqa tiegħi ta' omm,
li tant tafda fil-Qalb Tiegħek ta' omm,
flimkien ma' tant ommijiet fid-dinja.

Agħmel, o Marija, li maġenb l-artal ta' Ibnek Ġesù,
inkun hemm jien ukoll;
jekk mhux bħala omm ta' iben saċerdot
almenu bħala sieħba.
Isma', ja Omm is-Saċerdot Etern, it-talba tiegħi!

5.05.2012

Pope Benedict XVI's Sunday Message on April 29, 2012

It was day to remember for 9 deacons who were ordained on this World Day of Prayer for Religious Vocations by Pope Benedict XVI in St Peter’s Basilica.

Delivering the homily, the Pope addressed the ordinands, while explaining the theme of the "Good Shepherd" which is the highlight of the 4th Sunday of Easter — when the Church celebrates the World Day of Prayer for Vocations:

The priest is called to lead the faithful entrusted to his care to true life, to life in abundance (cf. Jn 10, 10). Jesus insists that the essential trait of the Good Shepherd is that of “laying down his life”. He repeats it three times and at the end concludes with the words: “for this reason the Father loves me, because I lay down my life, that I may take it again. No one takes it from me, but I lay it down of my own accord. I have power to lay it down, and I have power to take it again; this charge I have received from my Father” (Jn 10, 17-18).

This is clearly the qualifying feature of the shepherd, just as Jesus interprets it in the first person, in accordance with the will of the Father who sent him. The Ordination of Priests that we are celebrating give us this orientation. The questions that I will soon be asking you, concerning the “commitments of the chosen ones”, will culminate in one that says: “Are you resolved to consecrate your life to God for the salvation of his people, and to unite yourself more closely every day to Christ the High Priest, who offered himself for us to the Father as a perfect sacrifice?”

The priest is in fact the one who is uniquely inserted into the mystery of Christ’s Sacrifice through a personal union with him, in order to extend his saving mission. This union, which happens in the Sacrament of Orders, seeks to become closer every day through the generous response of the priest himself. This is why, dear Ordinands, in a little while you will answer this question, saying: “I am, with the help of God”.

This Eucharistic and sacrificial dimension is inseparable from the pastoral dimension and constitutes the nucleus of truth and of the saving power on which the effectiveness of every activity depends. All the actions of various kinds that the Church carries out with her multiple initiatives would lose their salvific fruitfulness if the celebration of Christ’s Sacrifice were to be lacking. And this is entrusted to ordained priests. Indeed, the priest is called to live in himself what Jesus experienced personally, that is, to give himself without reserve to preaching and to healing man of every evil of body and of spirit, and then, lastly, to sum up everything in the supreme gesture of “laying down his life”, for human beings, which finds its sacramental expression in the Eucharist, the perpetual memorial of Jesus’ Passover.

Dear Ordinands, when the burden of the cross becomes heavier, know that this is the most precious time, for you and for the people entrusted to you: by renewing your “I am, with the help of God”, you will be cooperating with Christ in tending his sheep.

Following the ordination, the Pope addressed the people waiting for the traditional Sunday message:

Let us thank God for the gift of the priesthood, a sign of his faithful and provident love for the Church! And let us pray that all young people may listen to the voice of God who speaks in the depths of their hearts and calls them to leave everything to serve him. This is the purpose of today’s World Day of Prayer for Vocations. In fact, the Lord is always calling but all too often we do not listen. We are distracted by many things, by other, more superficial voices; and then we are afraid to listen to the Lord’s voice because we think he might take away our freedom.

In fact, each one of us is the fruit of love: of our parents’ love of course, but more profoundly, of God’s love. God wants us because knows and loves us (cf. Is 49, 15). The moment I realize this my life changes. It becomes a response to this love, greater than any other, and in this way my freedom is completely fulfilled.

The young men whom I ordained priests today are no different from other young men, except that they were deeply moved by the beauty of God’s love and could not but respond with their whole life. How did they find God’s love? They found it in Jesus Christ: in his Gospel, in the Eucharist and in the community of the Church. In the Church we discover that every person’s life is a love story. Sacred Scripture clearly shows us this and the witness borne by the saints confirms it to us.

Dear friends, let us pray for the Church, for every local community, that it may be like a watered garden in which all the seeds of vocation that God scatters in abundance sprout and ripen. Let us pray that this garden may be cultivated everywhere, with the joy of feeling that we are all called, in the variety of our gifts. 

May families in particular be the first environment in which we “breathe” the love of God that provides us with inner strength in the midst of the difficulties and trials of life. Those who experience God’s love in the family receive a priceless gift which, with time, will bear much fruit.

4.25.2012




The Deep Secret of Vocations






Everyone has one and each of them is unique. There, now you know. Now that it's out in the open, we can talk about it openly.

We are all aware of the “vocational sacraments,” namely, ordination and marriage. However, a vocation does not need to be made manifest by a sacrament to nevertheless be a vocation and no two vocations conferred by ordination or matrimony are exactly the same in every particular.

This understanding of vocation was made clear by St. Thérèse of Lisieux, when she wrote about her own discovery of vocation. She was a cloistered nun, which is a recognized vocation that is not conferred by a sacrament; but that was insufficient for her. She continued to think about and study vocation to the point where she concluded that her vocation was to become “love at the heart of the Church.”

Each vocation is unique because each person is unique. No two cells in the body are identical in all respects. By analogy, in Christ's body there are no “carbon copy” saints. This is why it is important to realize where God is calling you personally. God does not need us to be copies of other saints. He already has each one of them, eternally. Hence, it is improper to attempt to be anything other than what God has made us to be. This is a message of hope to all those who are seeking to undersand the Church and discover their place and role within, only to find themselves discouraged. There is tension between the different callings but this is the very tension of life itself.

But still, that doesn't define the fullness of vocation. Each one of us has certain talents, gifts, and inclinations that are unique and not available to anyone else. It is in the blossoming of all of these gifts of God through His grace that one’s vocation is defined. Already you may have an inkling of it. Then seek to order more of your life towards what seems to be the clearest part of you. Resonance rather than dissonance is a sign of wholeness. Part of “working out [my] salvation in fear and trembling” is the discovery and proper execution of the details of your particular vocation. God will tell you, through grace, who you are and how you are to function for the greatest good of all. Your job is to respond to the best of your ability - to seize the day.

Vocation really is about immersing yourself in God's love - utter abandonment, total surrender, complete reliance on Him - day by day.

4.11.2012


ĠESÙ BISS
Għal warajk jiġru riġlejja,
Għalik biss jaħdmu jdejja.
Lilek biss jibku għajnejja,
Għalik biss jidħqu xofftejja.
Int Ġesù li mitt għalija,
Li sirt ħobż biex tgħix ġo fija.
Leħnek biss irrid f’widnejja;
Lilek biss jien irrid ħdejja.
Kun ħabib li dejjem miegħi,
Kun tabib fil-mard minn tiegħi.
Għalik biss tħabbat din qalbi;
Ta’ sikwit lejk jitla’ talbi.
Lilek biss insejjaħ jien,
Waqt il-biża’ kullimkien.
Kun l-imħabba li ssaffini,
Kun il-faraġ li jhennini;
Kun is-saħħa li tqawwini,
Kun id-dawl illi jmexxini.
‘l idejk biss irrid f’idejja
meta l-mewt tkun riesqa lejja.
Kun il-premju li nistenna;
wiċċ imb’wiċċ narak fil-ġenna.
Minn qiegħ qalbi lilek infaħħar,
Ġesù biss, issa w sa l-aħħar.

4.07.2012


MESSAĠĠ
TAL-QDUSIJA TIEGĦU IL-PAPA
GĦALL-49 JUM DINJI TA' TALB
GĦALL-VOKAZZJONIJIET

29 TA' APRIL 2012IR-RABA' ĦADD TAL-GĦID

Tema:Vokazzjonijiet, ir-Rigal tal-Imħabba t'Alla


Għeżież ħuti,

Id-49 Jum Dinji ta' talb għall-Vokazzjonijiet li se jkun iċċelebrat nhar id-29 t'April 2012, ir-Raba' Ħadd tal-Għid, iħeġġiġna nimmeditaw fuq it-tema: Vokazzjonijiet, ir-Rigal tal-Imħabba t'Alla. 

Is-sors ta' kull rigal perfett hu Alla li hu Mħabba – Deus Caritas Est: "Min jgħammar fl-imħabba jgħammar f'Alla, u Alla fih" (1 Ġw 4, 16).  L-Iskrittura Mqaddsa tirrakkonta l-istorja ta' dan il-patt oriġinali bejn Alla u l-bniedem, li kien jeżisti sa minn qabel l-istess kreazzjoni.  Meta San Pawl kien qiegħed jikteb lill-insara tal-belt ta' Efesu, għanna innu ta' gratitudni u tifħir lill-Missier li b'ġenerożità infinita, tul is-sekli, wettaq il-pjan tiegħu universali tas-salvazzjoni, li hu pjan ta' mħabba.  F'Ibnu Ġesù – jistqarr Pawlu – "hu għażilna fih, sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba" (Ef 1,4).  Alla ħabbna saħansitra "qabel" ma bdejna neżistu!  Imqanqal biss minn imħabbtu bla kundizzjoni, ħalaqna "mix-xejn" (cf. 2 Makk 7, 28) biex jgħaqqadna b'mod sħiħ miegħU.

Is-Salmista mgħaġġeb bil-kbir quddiem il-ħidma tal-providenza t'Alla, jesklama: "Inħares lejn is-smewwiet, għemil subgħajk, il-qamar u l-kwiekeb li int qegħedt fihom!  X'inhu l-bniedem biex tiftakar fih, bin il-bniedem biex taħseb fih?" (Salm 8, 3-4).

Il-verità profonda tal-eżistenza tagħna, insibuha f'dan il-misteru sorprendenti: kull kreatura, u b'mod partikolari kull persuna umana, hi l-frott tal-ħsieb t'Alla u att ta' mħabbtu, imħabba bla fruntieri, fidila u għal dejjem (cf. Ġer 31, 3).

Hi l-iskoperta ta' din ir-realtà li tassew tbiddel ħajjitna mill-qiegħ.  F'paġna famuża tal-iStqarrijiet, Santu Wistin jesprimi b'saħħa kbira s-sejba tiegħu ta' Alla, ġmiel suprem u mħabba suprema, Alla li minn dejjem kien qribu u li, sa fl-aħħar, fetaħ moħħu u qalbu għaliH biex jinbidlu għal kollox:  "Domt ma ħabbejtek, ġmiel hekk antik u hekk ġdid, domt ma ħabbejtek!  U ara, inti kont ġewwa fija, u jien barra minn nnifsi.  Fittixtek barra, meta fil-kruha tiegħi nxtħett fuq il-ġmiel tal-ħlejjaq tiegħek.  Int kont miegħi, iżda jiena ma kontx miegħek.  Żammewni 'l bogħod minnek il-ħwejjeġ li ma kinux jeżistu kieku ma jeżistux fik.  Int sejjaħtli, u l-għajta tiegħek fetħitli widnejja torox; id-dawl tiegħek leħħ u idda fuqi, u keċċa l-għama tiegħi;  int xerridt il-fwieħa tiegħek li daħlet fi mnifsejja, u issa nixtieqek; doqt tjubitek, u issa jien ġewħan u għatxan għalik (bil-ġuħ u bil-għatx għalik); missejtni, u sirt imħeġġeġ għas-sliem tiegħek" (X, 27.38). B'dawn ix-xbihat, il-Qaddis ta' Hippo ifittex li jiddeskrivi l-misteru li ma jitfissirx, il-laqgħa tiegħu m'Alla, bl-imħabba t'Alla li trodd forma ġdida lill-ħajja kollha.

Din hi mħabba li m'għandha l-ebda limiti u li tasal għandna qabilna, issostnina u ssejħilna tul il-mixja tal-ħajja, imħabba li għandha għeruqha f'rigal ta' Alla li jingħata assolutament b'xejn.  Meta l-predeċessur tiegħi, il-Beatu Ġwanni Pawlu II, kien qiegħed jitkellem partikolarment fuq is-saċerdozju ministerjali, stqarr li "kull azzjoni ministerjali – filwaqt li twassal biex tħobb u taqdi lill-Knisja – tipprovdi inċentiv biex nikbru f'imħabba dejjem ikbar u f'servizz lejn Ġesù Kristu, il-kap, ir-ragħaj u l-għarus tal-Knisja, imħabba li hi dejjem it-tweġiba għall-imħabba t'Alla fi Kristu li hi b'xejn u bla ħtieġa li titlobha" (Pastores Dabo Vobis, 25). Fil-fatt, kull vokazzjoni speċifika titwieled bl-inizjattiva t'Alla; hi rigal tal-Imħabba t'Alla! Huwa Hu li jagħti l-ewwel pass, u mhux għax sab xi ħaġa tajba fina, iżda minħabba l-preżenza ta' mħabbtu stess li "ssawbet fi qlubna permezz tal-Ispirtu s-Santu" (Rum 5, 5).

F'kull żmien, il-bidu tas-sejħa divina tinstab dejjem fl-inizjattiva tal-imħabba infinita ta' Alla, li jirrivela lilu nnifsu għal kollox f'Ġesù Kristu.  Bħalma ktibt fl-ewwel Enċiklika tiegħi, Deus Caritas Est, "Alla  hu tassew viżibbli f'għadd ta' modi.  Fl-istorja ta' mħabba, irrakkuntata fil-Bibbja, hu jersaq lejna, ifittex li jirbaħ qlubna. Dan baqa' jagħmlu  sal-Aħħar Ikla, san-nifda ta' qalbu fuq is-Salib, sad-dehriet tiegħu wara l-Qawmien, sal-opri kbar li bihom mexxa l-Knisja li kienet qed titwieled; dan għamlu permezz tal-ħidma tal-Appostli. Il-Mulej lanqas ma kien assenti fl-istorja ta' wara tal-Knisja: dejjem jiltaqa' magħna mill-ġdid, fl-irġiel u n-nisa li jirriflettu l-preżenza tiegħu, f'kelmtu, fis-sagramenti u speċjalment fl-Ewkaristija" (Deus Caritas Est, 17).

L-imħabba t'Alla hi għal dejjem; hu fidil lejh innifsu, fil-"kelma li ta għal elf nisel" (Salm 105,8). Sadanittant, il-ġmiel li jiġbdek ta' din l-imħabba divina, li hi qabilna u li takkumpanjana dejjem, jeħtieġ li jibqa' jiġi proklamat mill-ġdid, speċjalment lill-ġenerazzjoni żagħżugħa.  Din l-imħabba divina hi l-impuls moħbi, il-motivazzjoni li ma tfalli qatt, saħansitra f'ċirkustanzi mill-aktar diffiċli.

Għeżież ħuti, jeħtieġ li niftħu ħajjitna għal din l-imħabba.  Ta' kuljum, Ġesù Kristu jsejħilna għal din il-perfezzjoni tal-imħabba tal-Missier (cf. Matt 5, 48).  Il-livell għoli tal-ħajja nisranija jikkonsisti f'li tħobb "bħal" ma jħobb Alla; b'imħabba li tintwera f'għotja tiegħek innifsek: għotja sħiħa, fidila u mimlija frott.

San Ġwann tas-Salib lill-Prijura tal-Monasteru ta' Segovia, li kienet muġugħa biċ-ċirkustanzi terribbli dwar is-sospensjoni tiegħu, weġibha billi ħeġġiġha taġixxi skont ma jaġixxi Alla: "Taħseb xejn aktar ħlief li hu Alla li  jordna kollox,  u fejn m'hemmx imħabba, qiegħed l-imħabba, u hemm int tiġbor l-imħabba" (Ittri, 26).

Il-vokazzjonijiet jitwieldu u jikbru f'din il-ħamrija tal-għoti tiegħek inifsek u tal-ftuħ tiegħek lejn Alla, il-frott ta' dik l-imħabba.  Meta ttella' l-ilma minn din l-għajn, billi titlob u tirrikorri bla waqfien għall-kelma t'Alla u s-Sagramenti, speċjalment l-Ewkaristija, isir possibbli li tgħix ħajja ta' mħabba għall-proxxmu, li fih nibdew ngħarfu wiċċ Kristu l-Mulej (cf. Matt 25, 31-46).  Biex tesprimi l-għaqda inseparabbli li torbot dawn iż-"żewġ
imħabbiet" – l-imħabba t'Alla u l-imħabba tal-proxxmu – li t-tnejn li huma jgelglu mill-istess sors divin u jerġġħu jispiċċaw hemm, il-Papa Girgor il-Kbir juża l-metafora tal-pjanta ċkejkna:  "Fil-ħamrija ta' qalbna, Alla l-ewwel żera' l-għerq tal-imħabba lejh; min din, bħal werqa, tinbet l-imħabba għal xulxin" (Moralium Libri, sive exposito in Librum B. Job. Lib. V11, Ch.24,28; Pl 75, 780D).

Dawk li ddeċidew li jimxu fil-mogħdija tad-dixxerniment vokazzjonali lejn is-saċerdozju ministerjali u l-ħajja ikkonsagrata, għandhom jgħixu b'intensità partikolari u b'safa ta' qalb, dawn iż-żewġ espressjonijiet ta' imħabba divina waħda; minnhom jingħarfu.  Is-saċerdoti u l-persuni ikkonsagrati huma msejħa biex ikunu l-mera ta' din l-imħabba t'Alla, tkun kemm tkun imperfetta l-motivazzjoni biex iwieġbu għas-sejħa tal-Mulej għall-konsagrazzjoni speċjali permezz tal-ordinazzjoni saċerdotali jew il-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi.  Fit-tweġiba qawwija ħafna ta' San Pietru lill-Imgħallem Divin: "Iva Mulej, int taf li nħobbok" (Ġw. 21, 15) insibu s-sigriet ta' min jgħix u jagħti ħajtu kollha kemm hi;  għalhekk hi ħajja li ġġib ferħ profond.

L-espressjoni l-oħra prattika tal-imħabba, dik lejn il-proxxmu, u speċjalment lejn dawk li jbatu u huma l-aktar fil-bżonn, hi l-impuls deċiżiv li jwassal lis-saċerdot u lill-persuna ikkonsagrata, biex  ikun bennej tal-għaqda u l-parteċipazzjoni bejn in-nies u jkun dak li jiżra' t-tama.  Ir-relazzjoni bejn il-persuni ikkonsagrati, u speċjalment is-saċerdot, u l-komunità nisranija, hi vitali u ssir id-dimensjoni fundamentali ta' kemm għandhom ħila jmissu l-qlub.  Il-Kurat ta' Ars kien iħobb jgħid: "Is-saċerdoti mhumiex saċerdoti għalihom infushom, iżda għalikom" (Le curé d'Ars. Sa pensée – Son cœur, Foi Vivante, 1966, p. 100).

Għeżież ħuti isqfijiet, għeżież saċerdoti, djakni, irġiel u nisa ikkonsagrati, katekisti, operaturi pastorali u dawk kollha fostkom li huma impenjati fil-qasam tal-edukazzjoni taż-żgħażagħ: inħeġġiġkom minn qalbi li tagħtu attenzjoni speċjali lil dawk il-membri tal-komunitajiet parrokkjali, assoċjazzjonijiet u movimenti ekkleżjali li jħossu fihom sejħa għas-saċerdozju jew għal konsagrazzjoni speċjali.  Huwa importanti għall-Knisja li toħloq dawk il-kundizzjonijiet li jippermettu liż-żgħażagħ li jgħidu "iva" bi tweġiba ġeneruża għas-sejħa t'Alla kollha mħabba.

Fit-trawwim tal-vokazzjonijiet, tul it-triq kollha, il-Knisja trid tipprovdi gwida u direzzjoni ta' għajnuna.  Fiċ-ċentru ta' din l-għajnuna jrid ikun hemm l-imħabba tal-kelma t'Alla sostnuta b'familjarità dejjem ikbar mal-Iskrittura Mqaddsa, u talb bil-qalb u kontinwu, kemm personali kif ukoll fil-komunità; dawn jagħmluha possibbli li tisma' s-sejħa t'Alla fost tant ilħna fil-ħajja ta' kuljum.  Iżda fuq kollox, l-Ewkaristija għandha tkun il-qalb ta' kull vjaġġ vokazzjonali: huwa hawn li l-imħabba t'Alla tmissna, fis-sagrifiċċju ta' Kristu, l-espressjoni perfetta tal-imħabba. Huwa hawn li nitgħallmu dejjem mill-ġdid kif ngħixu skont "il-livell għoli" tal-imħabba t'Alla.  L-Iskrittura, it-talb u l-Ewkaristija huma t-teżor prezzjuż li jagħmilna kapaċi nifhmu l-ġmiel ta' ħajja iddedikata kollha kemm hi fis-servizz tas-Saltna.

Hija t-tama tiegħi li l-Knejjes lokali u l-gruppi varji fi ħdanhom, isiru mkejjen fejn jingħarfu l-vokazzjonijiet u l-awtentiċità tagħhom; imkejjen fejn liż-żgħażagħ irġiel u nisa, noffrulhom direzzjoni spiritwali għaqlija u qawwija.  B'dan il-mod, il-komunità Nisranija nnifisha ssir espressjoni tal-imħabba t'Alla li minnha toħroġ kull sejħa. Bħala tweġiba għal dak li bil-jedd kollu jitlobna l-kmandament ġdid ta' Ġesù, din tista' sseħħ b'mod elokwenti u partikolari fil-familji Nsara, li mħabbithom hi espressjoni tal-Imħabba ta' Kristu li ta ħajtu għall-Knisja tiegħu (cf. Efes 5, 32).

Fil-familja, "komunità ta' ħajja u mħabba" (ara Gaudium et Spes 4, 8), iż-żgħażagħ jista' jkollhom esperjenza tal-għaġeb ta' din l-imħabba li tagħti lilha nnifisha.  Tassew, il-familji mhumiex biss post privileġġat għall-formazzjoni umana u Nisranija; jistgħu wkoll ikunu "il-mixtla ewlenija u l-aktar eċċellenti tal-vokazzjonijiet għal ħajja ikkonsagrata lis-Saltna t'Alla".
(ara Familiaris Consortio, 53). Dan billi jgħinu lill-membri tagħhom jaraw, preċiżament fil-familja, is-sbuħija u l-importanza tas-saċerdozju u l-ħajja ikkonsagrata.  Jalla r-rgħajja u l-fidili lajċi jikkoperaw dejjem flimkien sabiex fil-Knisja, joktru dawn "id-djar u l-iskejjel ta' komunjoni" mibnijin fuq il-mudell tal-Familja Mqaddsa ta' Nazaret – dik l-aktar riflessjoni armonjuża fid-dinja tal-ħajja tat-Trinità Qaddisa.

B'din it-tama mimlija talb, jien kordjalment nagħti il-Barka Apostolika lilkom ilkoll: ħuti isqfijiet, saċerdoti, djakni, irġiel u nisa reliġjużi, u l-lajċi fidili kollha, u speċjalment dawk iż-żgħażagħ irġiel u nisa li jħabirku biex jisimgħu b'qalb ħelwa il-leħen t'Alla u jkunu lesti li jwieġbu b'ġenerożità u b'fidi sħiħa.

Mill-Vatikan, 18 t'Ottubru 2011.

3.31.2012

San Ġorġ Preca... Patron Saint of Podcasts?

Two trainee priests from Oscott College in Birmingham have decided to adopt an unofficial patron saint of podcasts for their very successful Vocationcast series, produced and directed by seminarians for all those discerning their call in life.

The dynamic duo, Dan Fitzpatrick, a youth worker before he entered the seminary (currently in his fifth year at Oscott) and Frankie Mulgrew, a former comedian, (also in his fifth year and soon to become a deacon) began Vocationcast in September of last year as a response to Pope Benedict’s call for priests to engage with the digital continent.

Explaining why they felt the need to adopt an unofficial patron saint for their work, Dan and Franki said, “We pray before we record and at other times too, asking the intercession of St. Maximilian Kolbe who is associated with media. However, we recently looked for a patron saint of podcasting who we could ask for intercession. We were shocked to discover that there is no saint associated with podcasting. So we began to look at saints’ lives to see if one would be suited to podcasting. We came across St. George Preca, a Maltese priest involved in spreading the Gospel.”

St George Preca was a Roman Catholic priest who was born in Valletta, Malta in 1880. He founded the Society of Christian Doctrine, a society of lay catechists. He is affectionately known as "Dun Ġorġ" and is popularly referred to as the "Second Apostle of Malta,” after Paul of Tarsus.

It was around 1910 that Dun Ġorġ had a very powerful mystical experience, “the extraordinary vision of the child Jesus.”  One morning he suddenly saw a twelve-year old boy pushing a low cart with a bag full of manure. The boy turned to George and ordered him, “Lend me a hand!”

The moment Fr. George put his hand on the cart he felt an extraordinary spiritual sweetness. He later understood that the boy was Jesus and that the Lord was asking him and his followers to help him with nurturing the Lord’s field and vineyard with sound doctrine and formation.

Fr George Preca worked unceasingly to spread the values and teaching of the Gospel in the Maltese islands until his death in 1962. He wrote a great number of books and published numerous prayer booklets. He was undoubtedly a great apostle of the Gospel, which he used to call “The Voice of the Beloved”.

Dan and Franki continued, “It is for these reasons that we ask St George to pray for podcasting, a modern media format that can be used effectively to preach the Gospel and be a ‘voice of the beloved’ to all people. We pray that he will be the patron of all podcasters, so that his example may inspire and encourage their efforts of communicating to mass audiences.

2.20.2012



Il-kurċifiss tiegħi...
inġorru kullimkien
u nippreferih fuq kollox.

Il-kurċifiss tiegħi...meta nkun dgħajjef: isir il-qawwa tiegħi
meta nkun għajjien: itini s-saħħa
meta naqa': iqajjimni mill-ġdid
meta nibki: ifarraġni
meta nbati: ifejjaqni
meta nibża': jassigurani
meta nsejjaħlu, dejjem iweġibni.

Il-kurċifiss tiegħi...huwa d-dawl li jdawwalni,
huwa x-xemx li ssaħħanni,
huwa l-ikel li jsaħħaħni,
huwa l-għajn li tiffriskani,
huwa s-sbuħija ta' imħabba infinita li ssaħħarni,
huwa s-solitudni li takkumpanjani,
l-Oċejan ta' ħniena li ngħum fiha,
l-Abbiss uman u divin li nintilef fih....

Il-kuċifiss tiegħi...
fih insib kollox.
Ma nixtieq xejn,
ma nfittex xejn,
ma nistenna xejn,
l-anqas ma rrid nirċievi xejn,
jekk mhux dak li jtini u li jgħidli
l-kurċifiss tiegħi.

Il-kurċifiss tiegħi...
Ħa jkun l-istil ta' mħabba li bih immexxi ħajti
(ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien...).
Għad jassigurani fil-mument
tal-mewt tiegħi, u fl-Eternità.
Fiż-żmien li ngħaddi hawn isfel,
kif ukoll fl-Eternità
jiena naf ħajti lilu.
Lilu, li fuq is-salib ta kollox għalija.

Ammen.

2.08.2012

Talb għall-qdusija tas-Saċerdoti
Mons. Dun Salv Grima
O Ġesù, Saċerdot Etern,
Qaddes is-Saċerdoti tiegħek.

Qalb ta' Ġesù, minfuda mil-lanza,
Ħaddan miegħek is-Saċerdoti tiegħek.

O Ġesù, f'ġieħ id-Demm għażiż tiegħek,
Ippurifika s-Saċerdoti tiegħek.

O Ġesù, f'ġieħ il-Passjoni tiegħek,
Agħti I-qawwa lis-Saċerdoti tiegħek.

O Ġesù, f'ġieħ it-Pjagi tiegħek,


Fejjaq is-Saċerdoti tiegħek.

O Ġesù, f'ġieħ it-tbatijiet u s-Salib tiegħek,
Żomm fil-qdusija s-Saċerdoti tiegħek.

O Ġesù, nkurunat bix-xewk,
Imla bil-għerf tas-sema s-Saċerdoti tiegħek.


O Ġesù, f'ġieħ idejk minfudin mill-imsiemer,
Bierek b'barka speċjali s-Saċerdoti tiegħek.

O Ġesù, f'ġieħ riġlejk minfudin bl-imsiemer,
Agħmel li s-Saċerdoti jimxu dejjem fit-triq tal-qdusija.


O Ġesù, ta' tjieba bla tarf,
Aħfer in-nuqqasijiet tas-Saċerdoti tiegħek.

O Ġesù, ta' ħniena bla tmiem,
Ħobb u agħder is-Saċerdoti tiegħek.


Spirtu ta' Ġesù Kristu,
Agħti l-ħajja lill-ħidmiet kollha tas-Saċerdoti tiegħek.

Marija, Omm ta' Ġesù s-Saċerdot Etern,
Kun il-għaxqa tas-Saċerdoti tiegħek.

Marija, avukata setgħana,
Iddefendi u ħares lis-Saċerdoti tiegħek.

Marija, qawwa tad-debboli, kun mas-Saċerdoti tiegħek,
fix-xogħol tal-ministeru tagħhom ta' kuljum.


Marija, kewkba l-aktar sabiħa,
Dawwal is-Saċerdoti tiegħek.

Marija, patruna ċelesti tal-Kleru,
Iddefendi l-kawża tas-Saċerdoti tiegħek.


Marija, refuġju ħelu ta' l-insara kollha,
llqa' fil-kenn tal-Qalb Immakulata tiegħek lis-Saċerdoti kollha.

Marija, għajnuna qawwija ta' l-Insara,
Għin u assisti s-Saċerdoti tiegħek.

Marija, gwida żgura tagħna,
Akkompanja dejjem is-Saċerdoti tiegħek.

Marija, konsolatriċi ta' I-imnikktin,
lkkonforta s-Saċerdoti tiegħek fid-dwejjaq tagħhom.


Marija, assisti s-Saċerdoti moribondi, farraġhom fl-agunija tagħhom,
iftħilhom il-bibien tal-ġenna, u daħħalhom fis-saltna ta' dejjem.

Ammen.

12.24.2011

One learns people through the heart, not the eyes or the intellect Mark Twain

"Ma nsejjħilkomx aktar qaddejja... sejjaħtilkom ħbieb" (Ġw 15,15).  F'din il-kelma hemm moħbi l-programm sħiħ tal-ħajja tas-saċerdot. X'inhi tassew il-ħbiberija? L-antiki kienu jgħidu: "Idem velle, idem nolle" — trid l-istess affarijiet u ma tridx l-istess affarijiet. Il-ħbiberija hija komunjoni tal-ħsieb u tar-rieda.  Il-Mulej jgħidilna l-istess ħaġa b'ħafna insistenza: "Jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili" (ara Ġw 10,14).

Ir-Ragħaj isejjaħ in-nagħaġ tiegħu b'isimhom (ara Ġw 10,3). Hu jafni b'ismi. M'inix kwalunkwe bniedem anonimu fl-infinità tal-univers. Jafni b'mod għal kollox personali. U jien, nafu lilu?

Il-ħbiberija li Hu jagħtini tista' biss tfisser li jien ukoll infittex li nsir nafu dejjem iżjed; li jien, fl-Iskrittura, fis-Sagramenti, permezz ta' mumenti ta' talb li noħloq jien, fil-komunjoni tal-Qaddisin, fil-persuni li nqishom bħala ħbiebi u f'dawk li Hu jibgħatli, jiena nfittex li nsir nafu dejjem iżjed.

Il-ħbiberija mhix biss għarfien, imma hi fuq kollox komunjoni ta' rieda. Dan ifisser li r-rieda tiegħi tikber biex issir ħaġa waħda ma' tiegħu. Għalija, fil-fatt, ir-rieda tiegħu mhix xi rieda barranija, li noqgħod għaliha bejn wieħed u ieħor b'mod liberu, jew li għaliha ma noqgħodx. Le... fil-ħbiberija, r-rieda tiegħi tikber biex tingħaqad ma' tiegħu.  Ir-rieda tiegħu ssir tiegħi, u proprju hekk li tassew nikseb l-identità tiegħi.

Barra mill-komunjoni tal-ħsieb u tar-rieda, il-Mulej isemmi wkoll it-tielet element ġdid: Huwa jagħti ħajtu għalina (ara Ġw 15,13; 10,15).

Mulej, għinni biex insir nafek dejjem aħjar! Għinni biex ningħaqad iżjed mar-rieda tiegħek! Għinni biex ngħix ħajti mhux għalija nnifsi, imma biex ngħixha flimkien miegħek għall-oħrajn! Għinni biex insir dejjem iżjed ħabib tiegħek!

Benedittu XVI, Omelija fis-60 Sena mill-Ordinazzjoni Presbiterali tieghu, 29 ta' Gunju 2011

12.08.2011

WHAT IS VOCATIONS PROMOTION ALL ABOUT?

Reflecting on the promotion of vocations to the priesthood, Bishop Donal McKeown, who heads the Vocations Commission of the Irish Bishop's Conference, said that "vocations work never seeks just to get people to sign up, to sign their life away. It can only be there to help people get into conversation with themselves, with their own life story."  He also commented that the "absence of any reason for meaningfulness in an individual's life is not unconnected with the plague of suicide and self-harm and the apparent inability of our culture to produce anything of much beauty or grace."  Bishop McKeown referred to Pope John Paul II's letter addressed to the Church in Europe (2003) where the focus was on generating hope in a society that had lost its sense of direction and seemed unable to create a reason for hope.  In this light, vocations promotion "is a call to all young people to consider how they want to spend their lives and what they want to leave as their contribution to the welfare of society."

The Church is often being cast as something that belongs to yesterday, a structure which is on the way out.  Any attempts to make the Church relevant are ridiculed by those who would rather have it disappear completely.  But faith and ideals can never be stampd out. Rather than give the impression of becoming modern, the Church is called to be visible, to hang around where people are, like Jesus himself who encountered Matthew the tax-collector, the Samaritan woman and Zacchaeus in such a way.

Vocations promotion is therefore not a recruitment exercise, something done on the side, but rather an attitude that challenges the way we do all our pastoral activity.  Bishop McKeown referred to the International Eucharistic Congress which is to be held in Dublin next year, followed by the annual conference of the European Vocations Service in Maynooth.  "I believe that this is a time of grace for society to stop moaning and start moving" he said. "This is a critical time in which the future of society is being cast."  

Let us therefore envisage vocations work as an invitation to generate hope, solidarity and healing in a world that is fractured and hurting in many ways.  "It is all about freeing people from being prisoners of the past and helping them to be architects rather than victims of the future" so that all, even those who feel rebellious, can exercise a prophetic role in the footsteps of Jesus.

12.06.2011

ITTRA TA' MONS. ARĊISQOF LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ  GĦAL MATUL L-2012

“Ifirħu dejjem fil-Mulej” (Fil 4,4)











Ħuti,

Fil-ħajja hemm affarijiet li ma nistgħux nakkwistawhom direttament. Iżda nistgħu nilħquhom billi nqiegħdu il-kundizzjonijiet li jwasslu għalihom. Dan jgħodd pereżempju għall-paċi: ma tistax taħdem għaliha direttament. Trid tagħżilha. U mbagħad tqiegħed il-kundizzjonijiet għaliha. Għalxejn tixtieq il-paċi weħidha. Tista’ tiġi biss jekk tqiegħed il-libertà, l-imħabba u l-ġustizzja. Meta jkun hemm dawn il-kundizzjonijiet imbagħad li jirriżulta hija l-paċi.

Fil-fatt bħal ma jiġri fil-każ tal-paċi hekk jiġri ukoll fil-każ tal-hena jew il-ferħ. Il-hena tiġi meta nqiegħdu l-kundizzjonijiet jew l-attitudnijiet għaliha. Hemm differenza kbira bejn ‘tieħu gost’ u ‘tifraħ’. Meta aħna ngħixu xi esperjenza fuq l-estern tagħna, bħala per eżempju xi ħarġa mal-ħbieb aħna ngħidu ‘Ħadt gost’. Iżda meta jkollna esperjenza interna, spiritwali, aħna ngħidu ‘x’ferħ ħassejt’.

Il-gost jibqa’ marbut mal-mument partikolari. Irridu ngħaddu mill-istess esperjenza darba oħra biex nerġgħu nħossu l-istess gost. Il-ferħ ibiddilna minn ġewwa, spiritwalment, u għalhekk il-viżjoni tagħna lejn il-ħajja tinbidel, hekk li nibdew inġorru il-ferħ magħna.

L-affarijiet li jagħtu gost huma aktar faċli biex takkwistahom. Iżda l-effett tal-gost jgħaddi malajr. Il-ferħ, minħabbba li jolqot l-ispirtu huwa inqas faċli biex jintlaħaq għaliex jitlob xewqa interna mill-ispirtu. Iżda la darba jintlaqħaq jibqa’ miegħek u jinfluwenzak f’affarijiet oħra.

Il-gost f’ċerti każi jista’ jkun ukoll ta’ ħsara, bħal per eżempju meta jiena nixrob wisq. Mill-banda l-oħra, il-ferħ huwa biss ta’ ġid, għaliex mingħajr ma nkunu nafu, ikun qed jolqot dik ix-xrara li Alla poġġielna fl-ispirtu tagħna. Din tista’ tkun, per eżempju, esperjenza ta’ volontarjat favur il-persuni ta’ madwarna, jew il-bogħod minn xtutna; mument ta’ talb fis-skiet, mument fin-natura jew sempliċi passiġġata jew kafè mal-ħbieb li huma verament ta’ appoġġ għalina.

Forsi din hija r-raġuni għaliex għalkemm ngħixu f’soċjetà moderna li toffri ħafna affarijiet materjali li jagħtu gost, għad hawn min qed jesperjenza vojt, dwejjaq u qtigħ ta’ qalb. Jekk dak li jagħtina l-gost iwassalna ukoll għall-Ferħ, għaliex hemm tant dwejjaq, fis-soċjetà tagħna?

Forsi għax iktar ma nagħtu ħin u attenzjoni lil dak li jagħti biss il-gost, inqas se nħallu post għal dak li jagħti il-Ferħ? Għaliex ma tibdiex inti tfittex il-ferħ minflok il-gost biss. Biex tagħmel dan forsi trid tbiddel ftit mill-lifestyle u l-għażliet tiegħek. Nistiednek tieqaf u tirrifletti fuq x’jistgħu ikunu dawn l-bidliet. Ippreżenta dawn l-għażliet lil Ġesù fit-talb, fil-grupp jew fid-direzzjoni spiritwali. Ara fejn qed twasslek l-istil ta’ ħajja tiegħek llum u kif tista’ tinbidel biex tilħaq dan il-ferħ u l-hena veru.

Il-Ferħ fil-Vanġelu

Fil-Vanġelu, l-ferħ jissemma bosta drabi. Ħa naraw kif jidher u nippruvaw nieħdu xi tagħlimiet minnu:

Il-ferħ jissemma meta Sidna Ġesù Kristu ġie fid-dinja. Kull min resaq lejn it-tarbija Ġesù mtela’ bil-ferħ. Lir-ragħajja l-anġlu qalilhom: “Qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-popli kollha” (Lq 2,10). Il-Maġi wkoll, “kif raw il-kewkba mtlew b’ferħ kbir tassew” (Mt 2,10). Anki meta kien għadu fil-ġuf ta’ ommu, Ġesù qanqal ferħ fi Ġwanni l-Battista li kien hu wkoll għadu it-tarbija fil-ġuf ta’ Eliżabetta: “it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ” (Lq 1,44). Il-preżenza ta’ Ġesù ġġib il-ferħ magħha: “il-ħabib tal-għarus jifraħ ħafna meta jisma’ leħen il-għarus.” (Ġw 3,29). Dan juri li bħala żgħażagħ irridu nsibu ħin u spazju għal Ġesù fil-ħajja tagħna: ma hemm xejn li jista’ jissostitwixxi dan.

Il-ferħ ta’ Ġesù jingħaqad mal-misteru tal-Għid. F’Ġesù ma hemm xejn li huwa mewt biss, għax anke fl-istess mewt hemm iż-żerriegħa tal-Qawmien. Dan deher anki fit-tbatija tad-dixxipli ta’ Ġesù meta rawh imsallab, tbatija li nbidlet f’ferħ meta mbagħad raw li Ġesù kien qam. Huma ħarġu minn qabar li kien vojt “kollhom biża’ u ferħ kbir” (Mt 28,8). Fit-tlugħ fis-sema ta’ Ġesù ma mtlewx bin-niket għax kien se jħallihom, iżda “mimlijin b’ferħ kbir, reġgħu lura Ġerusalemm” (Lq 24,52). Il-Ferħ ta’ Ġesù jagħtik dehra mġedda fuq il-ħajja, tara ċar dak li hemm moħbi wara l-mument tqil jew diffiċli: il-maħfra wara d-dnub; il-preżenza ta’ Ġesù fit-tbatija – m’intix waħdek… Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu fl-aħħar Ċena: “in-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena” (Ġw 16,20).

Ġesù bagħat lit-72 dixxiplu biex imorru jħejju t-triq għalih. Meta lestew, huma “reġgħu lura ferħana” (Lq 10, 17). Il-ferħ li jagħtik f’qalbek Ġesù jservi biex tferrah bih lil ħaddieħor. Tant hu hekk li anki meta tiġi kuntrarjat għax tipprova tagħti l-ferħ, dan iwassal għal ferħ ikbar: “Ifirħu u aqbżu bil-ferħ għax ħlaskom kbir fis-sema” (Lq 6,23).

Waħda mill-affarijiet li jsewwdulna qalbna hija d-dnub tagħna. Biex jagħmlilna kuraġġ Ġesù qalilna li meta nirritornaw lura mid-dnub tagħna, aħna nkunu kaġun ta' ferħ kbir fis-sema: “Ngħidilkom li l-istess ferħ ikun hemm fost l-anġli ta’ Alla għal midneb wieħed li jindem” (Lq 15,10). Taħt id-dnub u l-konverżjoni hemm il-possibbiltà tal-ferħ, ta’ Alla u tal-persuna nfisha.

Ġesù jixtieq il-ferħ tagħna lkoll... għalhekk uriena t-triq: “Għidtilkom dan biex il-ferħ tagħkom ikun fikom u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ” (Ġw 15,11); “Jiena ġej għandek (il-Missier) biex huma wkoll ikollhom fihom il-ferħ sħiħ tiegħi” (Ġw 17,13). Għandu interess kbir f’kull wieħed u waħda minna biex inkunu ferħanin: għalhekk għamlilna din l-offerta u t-triq li twassal għaliha.

Irridu nagħmlu għażla: Agħmilha issa, imsaħħaħ b’dan il-kliem ta’ Ġesù: “Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ” (Ġw 16,24).

+ PAWLU CREMONA O.P.
Arċisqof ta’ Malta


11.29.2011


The Cross in the Manger
If there is no cross in the manger, there is no Christmas.
If the Babe doesn’t become the Adult, there is no Bethlehem star.
If there is no commitment in us, there are no wise men searching.
If we offer no cup of cold water, there is no gold, no frankincense, no myrrh.
If there is no praising God’s name, there are no angels singing.
If there is no spirit of alleluia, there are no shepherds watching.
If there is no standing up, no speaking out, no risk, there is no Herod, no flight into Egypt.
If there is no room in our inn, then “Merry Christmas” mocks the Christ Child.
The Holy Family will just be a holiday card, and God will loathe our feasts and festivals.
For if there is no reconciliation, we cannot call Christ “Prince of Peace.”
If there is no goodwill toward others, it can all be packed away in boxes for another year.
If there is no forgiveness in us, there is no cause for celebration.
If we cannot go even now unto Golgotha, there is no Christmas in us.
If Christmas is not now, if Christ is not born into the everyday present, then what is all the noise about?

© Anne Weems